Programm li qed iħalli l-frott

Il-programm Malti kien imfassal ukoll bħala l-iktar wieħed rigoruż fl-industrija. Dan għaliex l-aġenzija żviluppat u adottat proċess ta’ due diligence tal-ogħla standard li jagħmluh wieħed mill-iktar stretti u diffiċli biex tgħaddi minnu. Dan hu r-riżultat ta’ żvilupp kontinwu tal-proċessi interni biex jiġi assigurat li l-applikanti denji biss jgħaddu mill-għarbiel. Filfatt, il-programm Malti huwa l-unika wieħed b’regolatur li l-irwol tiegħu hi li jara li l-proċessi qed jsiru skont il-liġi. Raġuni oħra għalfejn il-programm rċieva tifħir mill-komunità internazzjonali.

Minkejja dan il-programm xorta waħda baqa’ ja ra interess u għalhekk iġġenera l-miljuni ta’ ewro għal pajjiżna.

Is-sabiħ ta’ dan il-programm hu li mhux biss ħaseb għat-tfaddil, iżda wkoll għal proġe fejjieda li għaddejin bħalissa madwar il-pajjiż kollu. Fost dawn hemm il-proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali li qed jitwettqu b’investiment ta’ €60 miljun mill-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali (NSDF).

Għaddejja wkoll nefqa ta’ €10 miljun s-settur tas-saħħa biex ikunu rinovati 50 klinika u 8 ċentri tas-saħħa madwar Malta u Għawdex. Dan minbarra, l-investiment ta’ kważi miljun ewro għal żewġ Catheterisa on Suites d-Diparment tal-Kardjoloġija f’Mater Dei. Dan il-Gvern dejjem ħadem fis-settur tas-saħħa u riżultat tal-iskema tal-IIP seta’ jħaffef l-inevestiment .

Hemm ukoll investiment ta’ sitt miljun ewro li ġew allokati għall-Istrateġija Nazzjonali tal-Isport. Investiment li għandu jiswa mitqlu deheb f ’mument fejn Malta qed tħejji biex żmien mhux bogħod tilqa’ l-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar.

Madankollu, il-fondi ma ntużawx għall-proġett kapitali u tal-gvern biss. Minnhom ibbenefikaw numru ta’ għaqdiet fosthom Puttinu Cares li permezz ta’ donazzjoni ta’ €5 miljun, se jkunu jistgħu jixtru appartamenti f ’Londra biex jintużgħu bħala akkomodazzjoni b’xejn għall-familji Maltin li jmorru f ’diversi Sptarijiet tar-Renju Unit għat-trattament. Il-ġimgħa l-oħra flimkien mal-Prim Ministru tħabbar li l-Caritas se tibbenefika minn għotja ta’ €1,540,000 sabiex tinvesti fi proprjetà ġdida fil-Blata l-Bajda. Dan il-proġett kien ilu ħolma mill-2005 iżda grazzi għal ħolqien ta’ ġid ekonomiku bla preċedent li rnexxielna niġġeneraw l-pajjiż, stajna nifirxu dan il-ġid ma’ kull faxx tas-soċjetà tagħna.

Mitlub jikkummenta dwar dan il-programm il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri tenna li huma diversi l-aspetti għaliex programm ta’ dan it-tip huwa importanti.

“Hemm l-impatt pożittiv fuq l-ekonomija Maltija. Però hu sabiħ ukoll li l-fondi ġġenerati mill-programm se jintużaw ukoll għall-ġid tal-komunità. Mingħajrhom għaqdiet bħal Caritas u Puttinu ma setgħux iwettqu daqstant malajr il-proġetti tagħhom li fl-aħħar mill-aħħar se jservu lill-aktar persuni vulnerabbli fis-soċjetà tagħna,” spjega l-Ministru Byron Camilleri.

Share With: