PSV Eindhoven mhux se jżommu lil Ricardo Rodriguez
Sar magħruf li PSV Eindhoven mhux beħsiebhom iżommu lid-difensur xellugi Ricardo Rodriguez. Għalhekk huma rrifjutaw l-offerta ta’ €5 miljun li AC Milan ipproponew lill-club Olandiż biex jakkwistawh għal kollox.
Rodriguez ingħaqad b’self ma’ PSV f’Jannar li għadda iżda lagħab biss sitt logħbiet minħabba li kif nafu kien hemm il-waqfa tal-Covid-19. Apparti minn hekk il-kampjonat Olandiż ma kompliex u dan kien ifisser tmiem l-avventura tal-player Svizzeru fil-Phillips Stadion.
Din hi daqqa ta’ ħarta għal Milan li xtaqu li jneħħu lil dan il-player li mhuwiex fil-pjani tal-club min-naħa ta’ fuq tal-Italja.