ARA: “Qomt tlett ijiem wara l-inċident … skoprejt li kont l-ewwel Malti li ngħata d-demm rasu ’l isfel fil-karozza”

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fakkar il-Jum tad-Donaturi tad-Demm billi qasam mal-pubbliku filmat li jirrakkonta l-esperjenzi personali ta’ donatur u żewġ persuni li mingħajr id-donaturi, il-ħajja tagħhom qatt ma setgħet tkompli.

F’filmat imxandar mill-awtoritajiet tas-saħħa ntqal li kull ftit sekondi xi ħadd, xi mkien se jiġi bżonn id-demm. L-ewwel darba li individwu jiddeċiedi li jagħti d-demm se jkun qed isalva tliet ħajjiet.

Share With: