Radja Nainggolan mistenni jmur lura ma’ Inter
Il-president ta’ Cagliari Tommaso Giulini jinsab dubjuż jekk il-player misluf mingħand Inter Radja Nainggolan jibqax jew le fil-gżira ta’ Sardenja.
Giulini, li ilu fit-tmexxija tal-club sa mis-sena 2014, qal li jinsab konvint li dan il-player se jkun qed jagħmel parti mill-iskwadra Neroazzurra matul l-istaġun li ġej.
Min-naħa tiegħu, il-player Belġjan qatta’ dawn l-aħħar xhur b’self ma’ Cagliari u spikka ferm fil-logħob tiegħu f’nofs il-ground. Minkejja kollox, fil-kuntratt ta’ self, m’hemmx imniżżel li Gli Isolani jistgħu jixtru lil dan il-player.
Meta mistoqsi dwar dan l-istaġun s’issa, Giulini qal li bdew tajjeb ħafna għalkemm b’xorti ħażina naqqsu ħafna mill-potenzjal tagħhom fil-bidu tat-tieni round.