Raġel isofri ġrieħi gravi wara li jintlaqat f’siequ minn gaffa

Raġel mill-Bangladesh ta’ 29 sena sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn gaffa f’siequ waqt li kien qed jaħdem f’sit fil-Kalkara. l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30 p.m. fi Triq il-Ġir, bir-raġel jintlaqat mill-gaffa li kienet qed tinstaq minn raġel Albaniża ta’ 46 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Share With: