Raheem Sterling jiskorja wara sitt xhur

Goal li jiswa doppju. Hekk kien it-titlu ta’ diversi ġurnali Ingliżi li rrappurtaw fuq ir-rebħa kbira ta’ 3-0 li Manchester City kisbu kontra Arsenal fit-tkomplija tal-kampjonat Premier Ingliż.

Il-goal li riedu jirreferu għalih dawn il-ġurnali kien dak skorjat mill-attakkant internazzjonali Ingliż Raheem Sterling li reġa’ sab is-sodisfazzjon li jċaqlaq ix-xibka wara kważi sitt xhur. Fil-fatt l-aħħar goal li skorja dan il-player imur lura għas-26 ta’ Diċembru li għadda meta s-Citizens kienu tilfu kontra Wolverhampton Wanderers bl-iskor ta’ 3-2.

Sterling deher kuntent wara l-partita li wara mumenti diffiċli, inkluż il-lockdown, issa kellu jerġa’ jiskorja u jikkontribwixxi għal dawn it-tliet punti prezzjużi.

Share With: