Ralf Rangnick imminenti għal ma’ AC Milan

AC Milan laħqu ftehim mal-ex coach ta’ Schalke u RB Leipzig, Ralf Rangnick, biex jingħaqad magħhom.

Id-direttur sportiv Ġermaniż ilu msemmi mar-Rossoneri u l-kap eżekuttiv Ivan Gazidis qatt ma ħeba x-xewqa tiegħu li jieħdu lejn Stadio San Siro.

Fil-fatt l-ewwel kuntatt li kellu Gazidis mal-istess Rangnick wassal għar-riżenja ta’ Zvonimir Boban minn direttur sportiv tal-club minħabba li m’aċċettax li ċerti affarijiet isiru minn wara dahru.

Sadanittant Rangnick kważi sar ċertezza għall-istaġun il-ġdid ta’ AC Milan bid-direttur ta’ 61 sena li mistenni jieħu r-responsabbiltajiet kollha sportivi tal-club bl-għan tiegħu huwa li jerġa’ jġibu wieħed mill-aqwa timijiet mhux biss fuq livell domestiku iżda wkoll internazzjonali.

Share With: