Rangers jiksbu lil Jon McLaughlin

Glasgow Rangers bdew jaħsbu sew għall-istaġun li ġej fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw liċ-champions Celtic li prattikament iddominaw il-kampjonat Skoċċiż għal dawn l-aħħar snin. 

Il-club mill-belt ta’ Glasgow għadu kemm kiseb is-servizzi tal-goalkeeper ta’ esperjenza Jon McLaughlin. Huwa għandu 32 sena u bħalissa qed jilgħab regolari mat-team nazzjonali Skoċċiż. Huwa ffirma kuntratt ta’ sentejn u kien ilu jiġi segwit mill-coach, Steven Gerrard.

McLaughlin għandu esperjenza kbira fil-football internazzjonali meta lagħab ukoll ma’ Bradford City, Heart of Midlothian u Sunderland. Fl-aħħar esperjenza tiegħu ma’ dawn tal-aħħar huwa lagħab 78 partita.

F’kumment qasir lis-sit elettroniku tal-club, McLaughlin kien ferm kuntent li ngħaqad ma’ wieħed mill-aqwa clubs tal-pajjiż. 

Share With: