Rapporti jindikaw temperaturi rekord fl-Artiku

In-Nazzjonijiet Uniti qalet li qed tivverifika rapporti ta’ temperatura rekord ta’ 38 Grad Celsius f’belt fl-Artiku matul tmiem il-ġimgħa li għadda.

It-temperatura tkejlet fil-belt Russa ta’ Verkoyansk nhar is-Sibt li għadda waqt mewġa ta’ sħana li kienet ilha taħkem liż-żona għal jiem sħaħ. L-Organizzazzjoni Metereoloġiku Dinji fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti qalet li l-mewġa ta’ sħana wasslet biex jiżviluppaw diversi nirien.

Ir-reġjun tal-Lvant tas-Siberja huwa magħruf għal temperaturi estremi fix-xhur tax-xitwa u tas-sajf qalet Clare Nullis f’konferenza tal-aħbarijiet.

“Temperaturi li jaqbżu t-30 Grad Celsius mhumiex insoliti f’Lulju, madankollu t-temperatura li kienet rapportata hija waħda eċċezzjonali,” hija żiedet tgħid.

Meta ddeskriviet ritratti satellitari li juru t-temperaturi fir-reġjun, hija ddeskriviet is-sitwazzjoni bħala “ta’ tħassib”.

Share With: