RITRATTI: €78,000 għall-familja ta’ raġel li miet f’ħabta

Ritratti: UNIONPRINT

Ħamruniż ta’ 25 sena kien ikkundannat jagħti €78,000 f’kumpens lill-familja ta’ raġel li nqaleb fil-karozza wara li l-ġuvni baqa’ dieħel fih bil-vettura tiegħu waqt tiġrija illegali.

L-inċident kien seħħ fil-21 ta’ Settembru 2013 ħdejn it-telgħa tal-Għammieri viċin ir-Residenza San Vinċenz de Paule.

Filomeno Bonavia, ta’ 55 sena mill-Mosta, kien għaddej b’vann tal-għamla Mitsubishi meta ntlaqat minn Jaguar misjuqa minn Ayrton D’Amato li dak iż-żmien kellu 19-il sena u miet fuq il-post.

Bonavia tressaq fil-Qorti mixli li ikkaġuna l-mewt ta’ D’Amato u mill-provi rriżulta li huwa kien qed itellaq ma’ sieħbu Sean Borg li kien għaddej b’BMW meta qabżu u baqa’ dieħel fil-vann tar-raġel.

Iż-żagħżugħ ammetta u wara li l-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera, illum imħallef, qieset l-età kkundannatu sena ħabs sospiża għal sentejn u €2,000 multa.

L-armla tal-vittma, Sylvana Bonavia, flimkien ma’ wliedha Gilbert, Aaron u Charlotte, fetħu kawżi ċivili li nstemgħet quddiem l-Imħallef Lawrence Mintoff.

Huwa żamm liż-żagħżugħ responsabbli tal-inċident u anke irrimarka kif huwa kien għaddej b’veloċita sfrenata li ġab fi tmiem il-ħajja ta’ raġel tal-familja.

Kien għalhekk li ordnalu jagħti lill-familja Bonavia kumpens ta’ €78,000.

Share With: