Ritratti: Masquerade Malta ssellem il-memorja ta’ Francesca Vella

Masquerade Malta, kumpanija tad-drama u t-teatru, ippubblikat numru ta’ ritratti biex issellem il-memorja ta’ Francesca Vella, tfalja ta’ 13-il sena li sfortunatament mietet aktar kmieni din il-ġimgħa.

Huwa rrappurtat li hija ħassitha ma tiflaħx meta kienet Għawdex u ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn baqgħet hemm għal xi ġranet.

Bosta sellmu l-memorja tagħha fejn iddeskrivewha bħala studenta eżemplari, qalbha tajba u b’sens kbir ta’ responsabiltà. Hija kienet se tagħlaq 14-il sena f’Lulju.

Share With: