“Robert Abela ma ddeċidiex f’waqtu dwar Konrad Mizzi”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni,  Adrian Delia f’intervent fil-Parlament iddikjara li l-Prim Ministru Robert Abela ma ddeċidiex f’waqtu meta ttieħdet id-deċiżjoni li Konrad Mizzi ma jibqax jifforma parti mill-Grupp Parlamentari Laburista. Il-Kap tal-Oppożizzjoni enfasizza li kieku d-deċiżjoni ttieħdet f’waqtha kieku l-poplu kien jispiċċa jiffranka l-miljuni li spiċċa kellu jħallas fil-korruzzjoni.

Saħaq li d-deċiżjoni suppost ilha li ttieħdet snin ilu. Tenna  li isem il-pajjiż ilu jiġi mtappan u Konard Mizzi kien il-persuna li fost l-oħrajn tappan din ir-reputazzjoni.

Qal li isem Konrad Mizzi inxtered mad-dinja meta kien l-uniku Ministru fl-UE li ma kienx irriżenja wara li nqabad bil-Panama Papers.

Share With: