Roger Federer se jitlef il-kumplament tal-istaġun

Roger Federer se jitlef il-kumplament tal-istaġun 2020 wara li kellu operazzjoni fuq irkopptu l-leminija.

Ir-rebbieħ tal-20 titlu ta’ Grand Slam saritlu kirurġija artoskopika inijzali iżda huwa qal li kien sofra minn “diżappunti fir-rigward tar-rijabilitazzjoni tiegħu.”

It-tennista ta’ 38 sena qal li: “Se nkun qed inħares ‘il quddiem biex nara lil kull tennista lura fit-tour tal-istaġun 2021.”

Federer ilu ma jilgħab sa minn meta tilef kontra Novak Djokovic fis-semi-finali tal-Australian Open, f’Jannar li għadda.

Huwa tilef il-maġġoranza tal-istaġun 2016 minħabba injury f’irkopptu, iżda rritorna fis-sena ta’ wara fejn rebaħ l-Australian Open u t-tournament ta’ Wimbledon.

“Ftit tal-ġimgħat ilu, meta esperjenzajt diffikultá fir-rijabilitazzjoni inizjali tiegħi, kellu jkolli proċedura mgħaġġla artoskopika fuq l-irkoppa l-leminija tiegħi.”

“U bħalissa, bħalma m’għamilt għall-istaġun 2017, qed nippjana li nieħu ż-żmien propizju biex inkun 100% fil-potenzjal li nilgħab fl-ogħla livell tiegħi.”

It-tennis professjonali ilu sospiż sa minn Marzu li għadda minħabba l-pandemija tal-coronavirus. It-tour tal-ATP jinsab mitmum sa minn tal-inqas tmiem Lulju minħabba bil-US Open huwa skedat li jibda fil-31 ta’ Awwissu u l-French Open fl-20 ta’ Settembru.

Share With: