Roma se jdaħħlu somma mit-trasferiment ta’ Gerson

Roma jistgħu jdaħħlu ammont ta’ flus jekk iseħħ it-trasferiment ta’ Gerson minn ma’ Flamengo għal ma’ Chelsea. Il-player kien jilgħab ma’ Roma bejn l-2016 u l-2018 għalkemm ftit impressjona fil-logħob tiegħu.

Min-naħa l-oħra, Chelsea huma lesti li jħallsu s-somma ta’ €33 miljun għalih b’Roma jridu jieħdu 10% ta’ dan it-trasferiment minħabba klawsola li hemm fil-kuntratt li kienu għamlulu madwar erba’ snin ilu.

Roma xejn m’huma għaddejjin minn mument finanzjarju tajjeb u s-somma ta’ €2.1 miljun tista’ tkun importanti għalihom. 

Gerson lagħab ukoll ma’ Fluminense fil-Brażil filwaqt li matul dan l-istaġun huwa kkontribwixxa b’żewġ goals f’27 dehra ma’ Flamengo. 

Share With: