Rostov umiljati

Il-kampjonat fir-Russja kompla bil-kbir meta l-Ġimgħa filgħaxija ntlagħbet it-22 ġurnata fejn it-team li kien jinsab fir-raba’ post tal-klassifika Rostov safa’ umiljat bl-iskor kbir ta’ 10-1 minn PFC Sochi li min-naħa tagħhom jokkupaw id-disa’ post tal-klassifika.

Dan ir-riżultat kien possibbli minħabba li Rostov lagħbu bit-team taż-żgħażagħ minħabba li l-iskwadra tal-kbar kienet kollha fi kwarantina wara li nstab każ ġdid ta’ wieħed mill-players.

L-ogħla uffiċjali ta’ Rostov setgħu ma lagħbux din il-logħba għalkemm xorta kienu jitilfuha fuq il-mejda, iżda minflok, iddeċidew li jilagħbu bit-team ta’ players li twieldu fis-sena 2002.

Rostov kellhom bidu inkredibbli meta marru minn fuq permezz ta’ Roman Romanov għalkemm minn hemm ‘l hemm it-teqam minn Sochi iddomina din il-logħba u sab ix-xibka għaxar darbiet permezz ta’ hat-trick ta’ Anton Zabolotnyi u Aleksandr Kokorin, doppjetta ta’ Dmitri Poloz u gowls oħrajn minn Andrey Mostovoy, Ivan Novolsetsev, Nikita Koldunov.

Share With: