Sala fil-Parlament mhux se tkun qed tissemma għal Daphne

L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia ma laqax talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni biex sala fil-binja tissemma għal Daphne Caruana Galizia.

Huwa spjega kif il-kwistjoni tqajmet waqt laqgħa tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra li iddeċieda li jħalli d-deċiżjoni f’idu.

L-Ispeaker sostna li biex tkun rispettata l-imparzjalita ma jaqbilx li xi parti tal-Parlament tissemma għal xi persuna partikolari kemm jekk tkun ġejja mill-qasam politiku u kemm jekk le.

“Is-Sedja tassigurak li din id-deċiżjoni qiegħda teħodha biss u fl-aħjar interess tal-Istituzzjoni”, żied jgħid l-Ispeaker.

Share With: