Sandro Tonali pass ieħor ferm viċin Inter

Inter huma favoriti netti li jiksbu s-servizzi tal-midfielder offensiv Taljan Sandro Tonali. Dan it-trasferiment mistenni jseħħ hekk kif jispiċċa dan l-istaġun u qed jiġi stmat li n-Neroazzurri se jħallsu s-somma ta’ €30 miljun flimkien ma’ xi bonuses oħra skond il-wirjiet tiegħu.

Anke l-istess Tonali, li għandu 20 sena jippreferi jmur ma’ Inter minkejja li kif stqarr hu meta kien żgħir kien partitarju ta’ AC Milan. 

Matul dan l-istaġun, Tonali skorja goal wieħed biss u pprovda ħames assists fi 23 dehra ma’ Brescia. 

Matul dawn l-aħħar xhur anke Juventus, Manchester United, Arsenal, Fiorentina, Barcelona, Napoli u PSG kienu wkoll imsemmija iżda r-rieda ta’ Tonali hu li jilbes il-flokk ikħal u iswed ta’ Inter.

Share With: