Sandro Tonali: Trid tagħmel sagrifiċċju biex tirnexxi

Il-midfielder ta’ Brescia, Sandro Tonali, iħossu tajjeb biżżejjed biex ikompli jtejjeb il-ħiliet tiegħu filwaqt li jipprepara għall-aħħar parti tal-kampjonat anke jekk it-team li qed jilgħab miegħu jinsab fl-aħħar post tal-klassifika.

Il-player internazzjonali Taljan qed jissemma’ ma’ diversi timijiet ta’ kalibru u minkejja t-team tiegħu jinsab fil-qiegħ, huwa baqa’ dejjem jimmatura fil-logħob tiegħu.

Tonali qal li dawn il-ġimgħat kemm ilu wieqaf il-kampjonat, ħassu xi ftit stramb iżda pprova jadatta mill-aħjar li jista’. Il-player ta’ 20 sena qal li mingħajr is-sagrifiċċji ma tagħmel xejn u hu għalhekk li qed jiddedika ħafna ħin għat-taħriġ biex ikun lest għal dak li beħsiebu jirriservalu l-ġejjieni.

Share With: