Se nkomplu nagħtu prijorità assoluta lill-familji

3,900 familja u medja ta’ 6,440 tifel u tifla se jibdew jibbenefikaw minn rati ġodda tal-in-work benefit. Dawn il-persuni se jibdew jieħdu wkoll iż-żieda addizzjonali dovuta lilhom ta’ €250 mill-pagament ta’ Lulju li ġej.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet relatata mal-miżuri soċjali kollha illi tħabbru t-Tnejn li għadda fil-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika.

Il-Ministru Michael Falzon spjega kif din il-miżura hija waħda li tħaddmet taħt gvern Laburista, u mhux biss se tibqa’ tingħata lil persuni illi ħarġu fid-dinja tax-xogħol, iżda issa l-in-work benefit se jibqa’ jiżdied. Iż-żieda se jibbenefikaw minnha koppji li t-tnejn jaħdmu, single parents u koppji fejn jaħdem ġenitur wieħed biss.

Il-Ministru Michael Falzon spjega li din il-miżura tingħata kull tliet xhur b’lura. Il-pagament li jmiss se jsir f’Lulju, u jkopri minn April sa Ġunju. Dan il-pagament se jkun qed jinkludi il-€250 żieda mħabbra iktar kmieni din il-ġimgħa. F’Ottubru jibdew jingħataw il-pagamenti bir-rati l-ġodda. Il-pagament t’Ottubru se jkun ikopri minn Lulju sa Settembru.

Il-Ministru Michael Falzon spjega u elenka ż-żidiet imħabbra skont il-kategoriji ta’ persuni illi se jibbenefikaw:

Koppja li t-tnejn jaħdmu

Dħul massimu żdied minn €24,812 għal €26,000 fis-sena.

L-ogħla rata applikabbli żdiedet minn €1,300 għal kull wild għal €1,400.

Rati żdiedu:

€100 fis-sena għal min għandu dħul sa €18,111

€50 fis-sena għal min għandu dħul minn €18,112 sa €22,811

€30 fis-sena għal min għandu dħul minn €22,812 sa €26,000

Koppja fejn persuna waħda tkun taħdem

Dħul massimu żdied minn €17,813 għal €22,000 fis-sena.

L-ogħla rata applikabbli żdiedet minn €550 għal kull wild għal €630.

Rati żdiedu bi €80 fis-sena

Persuna Waħedha

Dħul massimu żdied minn €17,312 għal €18,200 fis-sena.

L-ogħla rata applikabbli żdiedet minn €1,350 għal kull wild għal €1,400.

Rati żdiedu b’€50 fis-sena

Dħul huwa minn xogħol biss wara li titnaqqas il-bolla. Dħul ieħor bħal interessi u renti ma jkunx ikkunsidrat.

Id-dħul ikun ikkalkulat fuq l-FS3s jew inkella fuq il-profit and loss account tas-sena ta’ qabel.

Benefiċjarji fl-aħħar sena kif indikat u sa Marzu 2020:

IWB BenefiċċjarjiDec-15Dec-16Dec-17Dec-18Dec-19Mar-20
Single Parent in Emp7868781,0141,2691,4501,592
Both Parents in Emp5504848111,0281,0591,159
Couple 1 PRNT in Emp 3558721,0461,0711,144
Total1,3361,7172,6973,3433,5803,895

L-ammonti mħallsa jirriflettu l-pagamenti li ħarġu matul kull sena (4 darbiet) u ta’ din is-sena:

Jan – DecNefqa
2015€ 1,063,291.39
2016€ 1,870,572.79
2017€ 2,812,332.12
2018€ 3,724,941.37
2019€ 4,484,168.19
  
Jan – MarNefqa
2020€ 1,354,259.41

Il-Ministru Michael Falzon spjega illi dawn iż-żidiet se jammontaw għal €4 miljun, filwaqt li fakkar illi dan il-Ministeru baqa’ jħaddem miżuri bħat-tapering of benefits, childcare b’xejn, filwaqt li komplew jiġu indirizzati inġustizzji tal-passat, pensjonijiet u għexieren ta’ miżuri soċjali oħrajn.

Din is-sena wkoll kienet introdotta s-Senior Citizen Grant, li minnha gawdew 900 fid-djar tal-anzjani li jħallsu privatament u bdew jieħdu l-għotja ta’ €300. Dawk li għandhom ’il fuq minn 80 sena, bdew jieħdu żieda ta’ €50.

Daħal fis-seħħ ukoll iċ-child bonus, li minnu diġà gawdew madwar 4,000 koppja. Dan jingħata f’forma ta’ bonus ta’ darba ta’ €300 għal kull wild jew adozzjoni. Il-Ministru Michael Falzon irrefera wkoll għall-mod li bih dan il-Gvern, wettaq numru ta’ miżuri addizzjonali fl-aħħar 3 xhur, sabiex jgħin dawk il-persuni li kienu affettwati bil-Covid-19. Miżuri li għadhom għaddejjin s’issa għal dawk il-ġenituri li applikaw għal dan il-benefiċċju. B’hekk, dak li tħabbar nhar it-Tnejn, se jkun qed iservi ta’ miżuri addizzjonali ma’ dak diġà tħabbar.

Il-Ministru Michael Falzon spjega illi dan il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika huwa seperat mill-baġit annwali li jkollna ta’ kull sena. Dan huwa tisħiħ fuq dak li diġà għandna u għamilnieh sabiex inżidu l-kunfidenza fost il-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Gvern Laburista bħas-soltu reġa’ wera r-ruħ soċjali tiegħu, għażel illi jippremja liż-żgħir u l-batut u fl-istess ħin jinċentiva l-ekonomija ħalli nagħtu garanzija illi jkollna impjiegi ta’ kwalità u li dawn ikunu sostenibbli.

Il-Ministru Falzon qal li għażilna li nagħtu voucher ta’ €100 għal kull persuna ’l fuq minn 16-il sena, għax irridu nerġgħu nagħtu ħajja ta’ kwalità, kif ukoll rikonoxximent ta’ kemm bħala nazzjon żammejna reżiljenti tul l-aħħar ġimgħat tal-pandemija.

Spjega kif familja t’4 persuni se tkun qed tibbenefika minn €400, li jistgħu jintefqu f’postijiet ta’ divertiment. Miżura li weħidha se tiswa’ €34 miljun. Minn dejjem għidna li mhux se nixxaħħu mal-poplu Malti u Għawdxi, illi tant stinka biex wasalna fejn qegħdin illum.

Irrefera wkoll għall-fatt illi mhux se tiżdiedl-ebda taxxa jew piż fuq il-familji. Anzi, se tkun qed tingħata tax refund oħra lil 210,000 ħaddiem li ħadmu tul l-2018. Din il-miżura weħidha se tiswa €11.5 miljun. Għal darb’oħra kull persuna se tirċievi ċekk id-dar bħala rikonoxximent tax-xogħol imwettaq.

Il-Ministru Michael Falzon irrefera għar-roħs fil-prezzijiet tal-petrol u d-diesel b’7c minn nhar it-Tnejn li ġej. Dan se jsir bi spiża li tlaħħaq is-€7 miljun.

Il-Ministru Falzon tkellem ukoll dwar kif il-Covid-19 affettwat lil kulħadd, speċjalment lill-anzjani. Tul l-aħħar ġimgħat tal-pandemija, rajna kif Malta, żammet soda u rnexxielha tagħmel l-impossibbli, għall-fatt li djar tal-anzjani ma sfwax vittma tal-Covid-19. Stqarr illi jinsab kuntent li l-miżuri iebsin li ħadna wasslu għal dawn ir-riżultati pożittivi. Dan huwa ċertifikat important mhux biss għall-anzjani u l-qraba tagħhom iżda anke għas-soċjetà kollha. Għalhekk qed nirrikonoxxu l-ħidma tar-residenzi wkoll illi daħlu fi spejjeż addizzjonali sabiex jaċċertaw l-aqwa interess tal-anzjani nfushom.

Il-Ministru Michael Falzon qal li l-Gvern għażel li jidħol għal persuni li tant iffaċċjaw diffikultà f’dawn l-aħħar ġimgħat wara li raw il-pjani tagħhom jisfaxxaw u kellhom imexxu d-data tat-tieġ tagħhom. Tkellem ukoll dwar it-tnaqqis fit-taxxa tal-boll minn 5% għal 1.5% sal-ewwel €400,000 tal-valur tal-propjetà, għall-kuntratti li se jiġu ffirmati bejn id-9 ta’ Ġunju 2020 u l-31 ta’ Marzu 2021.

Din il-miżura se tiswa mat-€32 miljun u se tgħin lil madwar 10,000 koppja.

Dan huwa Gvern b’ruħ soċjali, li se jibqa’ hemm għall-batut u l-vulnerabbli filwaqt li nerġgħu nagħtu nifs qawwi li għandu bżonn in-negozju. Ejja nibqgħu pożittivi u nħarsu ’l quddiem lejn l-isfidi li jista’ jkollna quddiemna.

Il-familji huma l-qalb ta’ dan il-pajjiż, illi iktar ma jgħaddi ż-żmien, qed ikun t’għira għal pajjiżi ferm ikbar minna u li tradizzjonalment gawdew minn ekonomiji ferm ikbar. Dan il-ġid illi qed naraw illum, huwa kollu grazzi għall-bżulija u r-reżiljenza tagħna lkoll. Flimkien se nkomplu niksbu aktar suċċessi. Ejja nżommu għaqda soda għall-isfidi tal-futur.

Share With: