Sergej Milinkovic-Savic għandu jkun tajjeb kontra Atalanta

It-tabib ta’ Lazio, Ivo Pulcini, qal li l-midfielder offensiv Sergej Milinkovic-Savic se jkun fiżikament tajjeb għat-tkomplija tal-kampjonat Taljan fl-24 ta’ Ġunju li ġej kontra Atalanta. 

Jumejn ilu l-player ta’ nofs il-ground tal-Biancocelesti kellu jagħmel scan biex tiġi ddeterminata l-gravitá tal-uġigħ fl-irkoppa li huwa sofra waqt is-sessjoni ta’ taħriġ fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. 

Fl-ewwel testijiet li wettaq, it-tobba qalu lil Milinkovic-Savic li din kienet biss daqqa f’irkopptu għalkemm issuġġerewlu li jistrieħ ftit sabiex il-ġimgħa d-dieħla jkomplu jsegwu l-progress tiegħu. 

Milinkovic-Savic huwa ta’ nazzjonalitá Serba, għandu 25 sena u matul dan l-istaġun ikkontribwixxa ferm għall-kampjonat eċċezzjonali ta’ Lazio meta skorja erba’ goals f’25 partita. 

Share With: