Sergio Aguero jweġġa’ … u l-istaġun prattikament mitmum għalih

Minkejja li Manchester City ħarġu rebbieħa kontra Burnley bl-iskor kbir ta’ 5-0, kien hemm aħbar ħażina għall-coach Pep Guardiola meta l-iskorer prolifiku Sergio Aguero weġġa’ wara kuntrast mal-avversarju biex kellu joħroġ mill-ground wara 45 minuta logħob.

Guardiola deher rassenjat li se jkollu jgħaddi mingħajr il-player Arġentin għall-kumplament tal-istaġun meta ammetta li f’dawn l-aħħar ġimgħat kellu problema kbira f’irkopptu.

Aguero għandu 32 sena u matul dan l-istaġun skorja 16-il goal f’24 partita. Huwa ilu mas-Citizens sa mis-sena 2011 fejn skorja 180 goal f’263 partita. Fil-karriera tiegħu huwa lagħab ukoll ma’ Independiente u Atletico Madrid.

Share With: