Sewwieq ta’ mutur jispiċċa l-isptar wara ħabta ma’ karozza fir-Rabat

Tim mediku mill-Isptar Mater Dei ntalab jagħti l-ewwel assistenza lil sewwieq ta’ mutur wara ħabta ma’ karozza fi Triq Dingli, ir-Rabat.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.00 p.m.

Il-mutur kien qed jinstaq minn raġel ta’ 78 sena residenti Ħad-Dingli, filwaqt li l-karozza, tat-tip Mazda Demio, kienet qed tinstaq minn mara ta’ 77 sena residenti n-Naxxar.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Il-kundizzjoni medika tiegħu għadha pendenti.

Share With: