Sewwieq ta’ rota Żabbari jsofri ġrieħi gravi f’inċident fiż-Żejtun

Sewwieq ta’ rota Żabbari ta’ 36 sena sofra ġrieħi ta’ natura gravi wara li kien involut f’inċident fiż-Żejtun. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8.30 p.m. bejn vettura tat-tip Seat Ibiza misjuqa minn raġel ta’ 24 sena residenti Birżebbuġa u s-sewwieq tar-rota fi Triq Alfredo Cachia Zammit .

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lis-sewwieq tar-rota, u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ batura gravi.

Share With: