Stefano Pioli jrid iktar impenn mill-players tiegħu minkejja r-rebħa
Il-coach ta’ AC Milan Stefano Pioli jrid iktar mill-players tiegħu minkejja li rebħu b’mod konvinċenti bl-iskor ta’ 4-1 barra minn darhom kontra Lecce.
Hu faħħar l-atteġjament tal-players tiegħu li kienu aggressivi kontra team li kien iktar ħsiebu li jiddefendi filwaqt li juża’ l-arma tal-kontrattakk.
Pioli qal li l-objettiv li qed ipoġġi għall-club min-naħa ta’ fuq tal-Italja huwa proprju li jikkwalifikaw għall-UEFA Europa League u mhux se jaqta’ qalbu li jilħaq dan l-għan.
Pioli jittama li l-attakkant veteran Zlatan Ibrahimovic jirritorna ma jdumx għax bil-kariżma tiegħu għandu jgħin biex it-team ikompli għaddej bit-triq tal-progress.
B’dawn it-tliet punti ir-Rossoneri telgħu fis-seba’ post tal-klassifika meta għandhom 39 punt.