Stefano Sensi barra għal ħmistax

Inter se jkunu mingħajr il-midfielder offensiv, Stefano Sensi, għal dawn iż-żewġ logħbiet li ġejjin minħabba li qed isofri minn uġigħ f’koxxtu. 

F’rapport mediku li ħareġ fuq is-sit elettroniku uffiċjali tal-club jgħid li Sensi kellu viżta għand it-tabib fil-klinika Humanitas, f’Rozzano, wara s-sessjoni ta’ taħriġ tas-Sibt filgħodu.

It-test indika li l-player qed iħoss uġigħ f’koxxtu l-leminija u għalhekk ingħata parir jagħmel minn tal-inqas ġimagħtejn ta’ mistrieħ. 

B’xorti ħażina għalih, din hi l-ħames injury li sofra Sensi fil-karriera tiegħu. Matul dan l-istaġun huwa skorja tliet goals u pprovda erba’ assists fl-ewwel seba’ logħbiet tas-Serie A.

Huwa mistenni jirritorna fl-ewwel ġranet ta’ Lulju.

Share With: