Tagħmir speċjalizzat tal-ossiġnu mogħti b’donazzjoni lill-Isptar Mater Dei; Ċertezza ta’ prontezza kontra tixrid futur tal-Covid-19

L-Isptar Mater Dei ġie fornut b’addizzjoni ta’ 45 konċentratur tal-ossiġnu, grazzi għall-għaqda volontarja ‘Save & Support Trust’ (VO/1436) b’valur li jammonta għal ftit inqas minn €35,000. Dawn il-units jiffiltraw ‘l barra gassijiet mhux mixtieqa fl-arja li nieħdu nifs minnha, billi jissupplixxu ossiġnu b’saturazzjoni ta’ ‘l fuq minn 90%. Din il-filtrazzjoni hija essenzjali għal pazjenti li huma affetwati b’mard relatat mas-sistema respitatorja, b’hekk isibuha diffiċli biex jieħdu n-nifs – problema prinċipali esperjenzata minn ħafna nies li ġew infettati bil-Coronavirus. Dawn il-units jistgħu jintużaw bħala ghajnuna għan-nifs, f’kazijiet ta’ impatt ħafif tal-virus; kif ukoll għal pazjenti li jirrikjedu iktar konċentratur tal-ossiġnu wara li jkunu ġew imneħħija minn fuq ventilatur, f’kazijiet iktar kritiċi.

Dawn il-units ġew fornuti bi prezz sostanzjalment imnaqqas, mill-agent lokali OK Medical LTD. li għandhom snin ta’ esperjenza f’dal-qasam u ġew fdati li jissuplixxu dawn id-devices. Assistenza ulterjuri ġiet mogħtija mingħand DHL Express Malta, billi offrew li jieħdu ħsieb il-logistika u t-trasport meħtieġ biex dawn il-units waslu Malta mingħajr ħlas. L-organizazzjoni tixtieq tirringrazzja l-għaqdiet l-oħra varji bħal APCO Pay li sponsorizzaw il-ftuħ ta’ merchant account biex jirċievu fondi li ġew miġbura għal din id-donazzjoni kif ukoll BOV li qabblu li jħallsu l-ispejjeż fuq id-donazzjonijiet. Grazzi ukoll lil APS Bank, HSBC Bank u Lombard Bank li qabblu kollha biex jagħtu rifużjoni ta’ l-ispejjeż bankarji relatati mad-donazzjonijiet miġbura. Arthouse Design Studio kienu wkoll strumentali biex il-kampanja tirnexxi, billi fasslu u żviluppaw is-sit elettroniku li kien użat biex jakra donaturi potenzjali kif ukoll biex jinfurmawhom fuq il-progress tal-kampanja, u jakraw fondi addizzjonali, biex b’hekk din id-donazzjoni ssir realtà. L-organizazzjoni Beating Hearts ukoll appoġġjat din l-inizzjakva w bis-saħħa tal-kontribut ġeneruż u donazzjoni tagħha, inxtraw 12 mill-konċentraturi.

Donazzjonijiet oħra nkisbu permezz tas-sit elettroniku nnifsu, filwaqt li Save & Support Trust ħalsu għall-parti kbira tat-tagħmir. Il-preżentazzjoni ta’ dawn il units saret il-Ħamis 25 ta’ Ġunju mis-Sinjura Maria Micallef, waħda mill-fiduċjarji ta’ Save & Support Trust, lill-Ministru għas-Saħħa, Hon.Chris Fearne. Preżenti wkoll għal din l-okkażjoni kienu l Professur Victor Grech – Chairman ta’ Beating Hearts, is-Sinjur Paul McAlister – CEO ta’ OK Medical kif ukoll is Sinjur Charles Schiavone – Country Manager ta’ DHL Express Malta. 

Share With: