#TemmIsSilenzju – Messaġġ b’saħħtu mill-MPE Miriam Dalli lill-vittmi kollha ta’ vjolenza domestika

https://www.facebook.com/watch/?v=309191476758311

Il-Membru Parlamentari Ewropej, Miriam Dalli, qalet li f’każi ta’ vjolenza domestika, huwa faċli li persuna ma titkellimx. Skont statistika, waħda minn kull seba’ nisa Maltin esperjenzat vjolenza fiżika jew sesswali sa minn meta kellhom 15-il sena. 

F’filmat li qiegħed jindirizza l-vjolenza domestika, bil-għan li jintemm is-skiet ta’ dawk li tul is-snin sofrew fl-istess skiet. It-tema hija #TemmIsSilenzju, u l-għan aħħari li Dalli tixtieq twassal huwa biex “jekk int vittma ta’ vjolenza domestika jew taf min għaddej minn din it-trawma inħeġġek biex ittemm is-silenzju u tirraporta minnufih. Mhux faċli imma tibqgħax ssofri waħdek.”

179 u 112 huwa żewġ linji tat-telefown ta’ għajnuna li kull persuna li għaddejja minn din it-tbatija għandha tagħmel kuraġġ u ċċempel għall-għajnuna. 

Share With: