Ten-Pin Bowlign: Matthew Magro u Sue Abela jirbħu il-kategoriji maskili u femminili rispettivament

Din is-sena kienet it-tieni edizzjoni tal-MTBA Memorial. Sue Abela kienet fuq quddiem prattikament mill-bidu sal-aħħar, billi kienet l-unika player mit-12-il-kompetitriċi femminili li lagħbet  'l fuq mill-200 medja, u kienet segwita minn Cynthia Duca u Liliana Spiteri, li spiċċat indaqs ma' Tiziana Carannante iżda ngħatat it-tielet post minħabba li Spiteri kella l-ogħla l-aħħar logħba.
Il-kompetizzjoni tal-irgiel kellha 23 player u kienet ferm missielta sal-aħħar, iżda Magro, li għandu 18-il sena, li beda f’forma mill-aqwa,  wara l-waqfa ta' Covid 19, irnexxielu jżomm l-ewwel post b’serje b’saħħitha ta’ 1307 (medja 217.8) , biex għeleb lil Nicholas Muscat ta’ 15-il sena b'9 pin biss. Ft-tielet post spiċċa Mark Spiteri, segwit  minn Neil Sullivan, Mauro Anastasi, Rankin Camilleri u Chris Fenech ta' 13-il sena, li spiċċa fis-seba’ post, 72 pin wara Magro. 
Il-premjijiet ġew ippreżentati minn Paul Baldacchino, president tal-MTBA, flimkien mal-familja ta’ Sammy Borg, filwaqt li, Melissa, mart il-mibki Silvio Anastasi, u oħt Sue Abela,  kienet preżenti għall-kompetizzjoni.
Share With: