Timo Werner dalwaqt jibda jitħarreġ ma’ Chelsea

L-attakkant internazzjonali Ġermaniż, Timo Werner, jista’ jibda jitħarreġ ma’ Chelsea anke qabel tmiem l-istaġun tal-Premier League Ingliż. Dan kollu jista’ jkun possibbli minħabba l-fatt li l-Bundesliga Ġermaniża se tintemm fis-27 ta’ Ġunju  u għalhekk il-player informa lill-club tiegħu RB Leipzig li mhux interessat jilgħab fil-kompetizzjonijiet Ewropej.

Bla dubju, Werner ma jistax jiġi użat kemm fil-kampjonat u lanqas fil-UEFA Champions League hekk kif iridu jgħaddu l-kumplament tal-logħob li fadal minn dan l-istaġun.

Minkejja kollox, Werner se jipprova jieħu vantaġġ minn dan iż-żmien biex jipprova jimpressjona lill-coach Frank Lampard u mistenni jagħti l-aqwa tiegħu fis-sessjonijiet ta’ taħriġ.

Share With: