Tislima lit-tfal tas-sitt sena tal-iskola Primarja Mġarr

Fis-snin li għaddew it-tfal tas-sitt sena kienu jingħataw tislima qabel jitilqu mill-iskola primarja b’diversi attivitajiet. Din is-sena kien hemm ippjanat programm b’live in b’diversi attivitajiet fosthom treasure hunts u star gazing. Sfortunatment dan kellu jitħassar minħabba s-sitwazzjoni preżenti li ġabet magħha il-Covid 19.

Għaldaqstant l-Amministrazzjoni tal-iskola bl-għajnuna ta’ diversi għalliema ħolqu treasure hunt virtwali bil-parteċipazzjoni tat-tfal tas-sitt sena. Kull grupp ta’ tfal ingħata l-istess sfidi permezz ta’ numru ta’ għalliema li ħadu ħsieb kull grupp. L-isfidi kienu nteressanti u maħdumin madwar l-interessi tat-tfal. L-istudenti kellhom jieħdu ritratti mal-pets tagħhom, jagħmlu xirjiet virtwali u jagħmlu eżerċizzji fiżiċi fost oħrajn.

Din l-esperjenza għalkemm unika fiċ-ċirkostanzi preżenti kienet opportunita biex l-istudenti jużaw il-ħiliet tagħhom fit-teknoloġija waqt li jsaħħu u jiftakru dak li tgħallmu f’suġġetti diversi saħansitra fil-Health and Safety u PSD. Ma’ dan il-lat edukattiv ma naqasx il-fatt li l-istudenti u l-għalliema ħadu pjaċir immens jiġru mal-ħin biex isolvu l-mistoqsijiet.

Share With: