Titħabbar il-mewt ta’ Paul Falzon

Il-football Malti jinsab f’luttu hekk kif tħabbret il-mewt tal-ex-president ta’ Luxol St Andrew’s, Paul Falzon, fl-etá 73 sena.

Huwa kien magħruf ukoll bħala player tal-waterpolo li għal diversi snin ta’ s-servizzi tiegħu lil Valletta fl-aqwa żminijiet tal-club.

Flimkien ma’ Norman Darmanin Demajo (li eventwalment serva lil Malta Football Association fir-rwol ta’ president għal disa’ snin), huwa bena l-Luxol Grounds li ġew trasformati minn għalqa li fiha kien jintefa’ l-iskart biex illum il-club ta’ St Andrew’s jilqa’ fih mijiet ta’ tfal li jista’ jiftaħar ukoll li jippossjiedi waħda mill-aqwa nurseries f’pajjiżna.

Barra minn hekk, għal snin twal huwa kien jifforma wkoll parti mill-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA.

It-taqsima tal-isport tal-Inews toffri l-kondoljanzi lill-familjari Falzon.

Share With: