Tixrid tal-Coronavirus fil-Ġermanja jwassal għal miżuri ġodda ta’ lockdown

L-awtoritajiet Ġermaniżi fit-Tramuntana ta’ Rhine-Westphalia qegħdin jerġgħu jdaħħlu mill-ġdid miżuri ta’ lockdown wara li kien hemm tixrid tal-Coronavirus fl-impjant tal-ippakkjar tal-laħam. 

Aktar minn 1,500 impjegat tal-impjant ta’ Tönnies ittestjaw pożittiv. Il-Kap tal-Istat, Armin Laschet qal li l-miżuri preventivi fid-distrett ta’ Gütersloh, li fih jgħixu 360,000 persuna, se jibqgħu fis-seħħ sal-aħħar ta’ Ġunju. 

Din kienet l-ewwel darba li l-Ġermanja kellha tieħu dawn il-miżuri wara li bdiet tneħħi r-restrizzjonijiet tal-lockdown f’Mejju. Fil-fatt, il-pajjiż ġie mfaħħa għall-mod kif irrisponda għall-kriżi, għalkemm issa hemm il-biża’ li l-infezzjonijiet qegħdin jiżdiedu mill-ġdid. 

Share With: