Tkompli t-tilwima bejn James Pallotta u Gianluca Petrachi

Għadha għaddejja t-tilwima interna fi ħdan l-amministrazzjoni ta’ AS Roma fejn id-direttur sportiv Gianluca Petrachi baqa’ miksur mas-sid tal-club James Pallotta.

Hi ħaġa ċerta li l-ġranet ta’ Petrachi huma magħduda minħabba li fl-aħħar ta’ dan l-istaġun se jwarrab biex ifittex rwol simili ma’ club ieħor. Madankollu huwa mhux se jirrinunzja għal sentejn oħra ta’ salarju li għandu fil-kuntratt tiegħu.

Jidher li għandu jkun hemm intermedjarju bejn iż-żewġ partijiet minħabba li bħalissa Pallotta u Petrachi xejn m’huma jaraw għajn m’għajn.

Minkejja kollox, il-pjan ta’ Pallotta huwa li jneħħi l-poteri amministrattivi ta’ Petrachi biex qed jistiednu bil-pulit biex jirriżenja waħdu.

Share With: