Tlieta każi ġodda lkoll sporadiċi; Jirkupraw tliet persuni oħrajn

Mill-1,027 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa irriżultaw tliet każi ta’ persuni li ġew infettati bil-Covid-19. B’hekk in-numru kumplessiv ta’ swab tests li sar s’issa jlaħħaq il-91,571.

Mit-tliet każijiet reġistrati, jirriżulta li lkoll kienu lok għal trasmissjoni mill-komunità, bi tnejn mill-persuni ma juru l-ebda sintomi, filwaqt li l-każ l-ieħor kien wieħed sintomatiku.

Intant matul l-istess perjodu, kien hemm tliet persuni oħrajn li rkupraw, biex b’hekk in-numru ta’ każi attivi ta’ persuni infettati bil-Covid-19 f’pajjiżna issa jammonta għal 32 każ.

Share With: