Tnedija tal-ktieb ‘History Teaching in Malta’ biex jikkommemora l-25 anniversarju tal-Għaqda tal-Għalliema tal-Istorja

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici ltaqa’ mal-President tal-Għaqda tal-Għalliema tal-Istorja Prof Joanne Vella, biex jiġi mniedi l-ktieb ‘History Teaching in Malta’ li qed jikkommemora l-25 anniversarju ta’ din l-għaqda.

Il-Ministru Bonnici qal li, “Ninsab kuntent li ġejt mitlub biex inniedi dan il-ktieb dwar it-tagħlim tal-Istorja f’Malta bl-isem ‘History Teaching in Malta’ fuq is-seklu 21. Din il-pubblikazzjoni fil-fatt hija mħallsa mill-Ministeru għall-Edukazzjoni. Hija xi ħaġa essenzjali li t-tagħlim tal-Istorja jibqa’ jiġi sostnut fl-iskejjel tagħna. Għalhekk, nieħu din l-opportunità sabiex nawgura u nirringrazzja lill-membri kollha tal-Għaqda tal-Għalliema tal-Istorja għall-ħidma tagħhom sabiex jissalvagwardjaw it-tagħlim u l-għarfien tal-Istorja.”

Prof Joanne Vella rringrazzjat lill-Ministru tal-għajnuna li wera sabiex dan il-ktieb ikun possibli. Hi uriet ukoll l-apprezzament tagħha lejn ix-xogħol kollu li kien jinvolvi. Hi spjegat kif, “Din il-pubblikazzjoni hija kommemorazzjoni biex niċċelebraw il-25 anniversarju tal-Għaqda tal-Għalliema tal-Istorja. Din l-assoċċjazzjoni bdiet għall-ewwel darba fl-1995, u minn dak iż-żmien baqat importanti għall-iżvilupp tat-tagħlim tal-Istorja f’Malta. F’dan il-ktieb, wieħed għandu jsib kollezzjoni ta’ partijiet li jgħaqqdu flimkien rendikont aġġornat fuq x’inhu jiġri fl-edukazzjoni tal-Istorja fil-gżejjer tagħna.”


Iżjed informazzjoni tinsab fuq https://htamalta.wordpress.com/.

Share With: