Torino jridu lil Marco Giampaolo

Torino għadhom ma qatgħux qalbhom li jkollhom lill-eks coach ta’ Sampdoria u AC Milan, Marco Giampaolo, bħala l-coach tagħhom matul l-istaġun li ġej. 

Il-Granata, kif inhuma magħrufa, neħħew lil Walter Mazzarri fi Frar li għadda sabiex ħatru lil Moreno Longo. Dan tal-aħħar kellu ċ-ċans imexxi lit-team għal tliet logħbiet biss minħabba li mbagħad faqqgħet il-pandemija ta’ Covid-19.

Minkejja kollox, Torino jinsabu lesti li jagħtu x-xogħol lil dan il-coach wara l-esperjenza ferm diżappuntanti tal-bidu ta’ dan l-istaġun ta’ Milan li bih fir-riedni kisbu riżultati ferm negattivi.

Giampaolo għad għandu kuntratt ma’ Milan sa Ġunju 2021 għalkemm dan jista’ jiġi terminat bi ftehim ta’ ħbiberija.

Share With: