Trump iwissi lil min tefa’ ż-żebgħa fuq il-monument ta’ George Washington… se jeħlu għaxar snin ħabs

Il-President Amerikan Donald Trump wissa lil dawk li tefgħu ż-żebgħa fuq l-istatwa ta’ George Washington f’Manhattan biex jammettu u jersqu għand il-Pulizija. 

Hu qal li qegħdin ifittxu min kienu dawk iż-żewġ anarkisti li għamlu dan l-att fuq l-istatwa ta’ George Washington. Qal li għandhom filmati li juru min kienu. Saħaq li dawn il-persuni se jittellgħu l-Qorti u jiffaċċjaw għaxar snin ħabs skont l-Att dwar il-Monumenti u l-Istatwi.

Share With: