Victor Osimhen u Gabriel viċin Napoli?

Il-coach ta’ Lille, Christophe Galtier, ikkonferma li Victor Osimhen u Gabriel se jitilqu lill-club. Ironikament dawn iż-żewġ players huma l-objettiv prinċipali ta’ Napoli għall-istaġun li ġej.

Iż-żewġ players għenu lil Lille jispiċċaw fir-raba’ post tal-Ligue 1 Franċiża u għalhekk dan it-team se jkun qed jipparteċipa fl-edizzjoni tas-sena d-dieħla tal-UEFA Europa League.

F’konferenza stampa Galtier qal li kien ilu jaf li dawn iż-żewġ players jixtiequ jfittxu avventura ġdida u minkejja kollox faħħar l-attitudni professjonali tagħhom waqt il-logħbiet ta’ Lille fejn taw is-sehem tagħhom għall-kampjonat interessanti li kellu dan it-team.

Sadanittant Lille aċċettaw l-offerta ta’ Napoli ta’ €22 miljun flimkien ma’ xi bonuses għal Osimhen li hu meqjus bħala pedina importanti fid-dipartiment offensiv. 

Share With: