Vincenzo Spadafora jitlob kawtela fil-kummenti tan-nies
Il-Ministru tal-Isport Taljan, Vincenzo Spadafora, wissa li minkejja li hemm min hu favur li tinqata’ l-ġimagħtejn kwarantina, ir-regoli ma jistgħux jinbidlu.
Spadafora kien qed jitkellem wara xi dubji li qamu f’dawn l-aħħar jiem hekk kif is-Serie B għadha f’dubju terġax tibda jew le wara li Venezia irrappurtaw każ pożittiv għall-Covid-19 mill-iskwadra tagħhom.
Għalkemm il-kumitat xjentifiku u tekniku tal-gvern qed jissuġġerixxi li jnaqqas l-ammont ta’ ħin ta’ iżolament, Spadafora qal li l-ewwel trid tiġi emendata r-regola qabel ma jittieħdu ċerti deċiżjonijiet.
Hu qal li veru li s-sitwazzjoni tjiebet b’mod drastiku iżda xorta waħda appella l-kawtela min-nies kollha involuti sabiex ma jkunx hemm trasmissjoni ta’ dan il-virus.
Spadafora qed ikollu laqgħat mal-FIGC li qed tippjana li għalissa timxi fuq l-ewwel protokoll miftiehem.