Vito Plut jingħaqad ma’ Tarxien Rainbows

L-attakkant Sloven, Vito Plut, ingħaqad ma’ Tarxien Rainbows għall-istaġun li ġej. Żgur li Plut m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni f’pajjiżna fejn huwa lagħab għal diversi snin ma’ Floriana kif ukoll Birkirkara.

F’dawn l-aħħar tliet staġuni huwa lagħab mat-team Ġermaniż ta FSV Frankfurt. Huwa lagħab ukoll diversi partiti mal-iskwadra tal-U/21 ta’ pajjiżu.

B’kollox fi tliet snin fil-kampjonat Malti huwa lagħab 84 partita li fihom skorja 36 goal.

Share With: