Wesley Sneijder jitkellem dwar il-karriera tiegħu

L-ex attakkant Wesley Sneijder tkellem dwar il-karriera tiegħu b’mod ġenerali filwaqt li żvela xi ħaġa partikolari. 

Il-player ta’ 35 sena żvela li kieku ma kellux il-vizzju tax-xorb tal-inbid, huwa kien ikun stilla daqs Lionel Messi u Cristiano Ronaldo. 

Il-player, li lagħab ukoll ma’ Ajax Amsterdam, Real Madrid u Inter, sostna li kellu l-mumenti tajbin fil-karriera tiegħu iżda ammetta li forsi ħa kollox qisu xejn m’hu xejn. 

Hu kien għen lit-team nazzjonali Olandiż jikseb post fil-finali tat-Tazza tad-Dinja 2010 iżda tilfu kontra Spanja. 

Sneijder qal ukoll li kien ferm diżappuntat li fis-sena 2009 ma rebaħx il-Ballun tad-Deheb biex minfloku kien rebħu Lionel Messi ta’ Barcelona.

Finalment l-ex player Olandiż li lagħab 134 partita mat-team nazzjonali qal li kollox ma’ kollox kien kuntent b’dak li rnexxielu jikseb f’din il-karriera tant sabiħa. 

Share With: