WHO: hu rari li pazjenti asintomatiċi jinfettaw lil ħaddieħor

Minn MELVIN FARRUGIA L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li hu vera rari li nies infettati bil-Coronavirus, u li ma jkollhomx sintomi, jinfettaw lil ħaddieħor.  Minkejja li hemm numru ta’ persuni li jittestjaw pożittivi iżda ma jkollhomx sintomi, hu maħsub li l-parti l-kbira ta’ dawn l-infezzjonijiet ma jiġux mgħoddija.    Madankollu, jidher li l-persuni jistgħu jgħaddu l-marda ftit qabel ma jiżviluppaw is-sintomi.  Hekk qalet il-Kap tal-Mard Ġdid tal-WHO, Maria Van Kerkhove li għamlet distinzjoni bejn tliet kategoriji ta’ każi. Dawn huma persuni li qatt ma jiżviluppaw sintomi; dawk pożittivi iżda li sa dak iż-żmien ma jkollox sintomi iżda li mbagħad ikollhom; u … Continue reading WHO: hu rari li pazjenti asintomatiċi jinfettaw lil ħaddieħor