William Carvalho viċin Leicester City

Il-player ta’ nofs il-ground ta’ Real Betis, William Carvalho, mistenni jissieħeb ma’ Leicester City.

The Foxes se jkunu qed joħorġu mill-but is-somma ta’ €20 miljun biex jassiguraw ruħhom mit-talenti tiegħu. Carvalho huwa Portugiż u għandu 28 sena. Huwa kien ilu mal-club mill-belt Spanjola ta’ Betis sa mis-sena 2018 fejn lagħab 38 partita iżda qatt ma sab ix-xibka.

Dan l-akkwist eventwali kien ta’ daqqa ta’ ħarta għal Inter li kienu qed jittamaw li jiksbu l-firma tiegħu.

Carvalho, li lagħab 59 logħba għal pajjiżu, kellu wkoll esperjenzi ma’ Sporting Lisbon, Fatima u Cercle Brugge.

Share With: