Żagħżugħ arrestat wara sejba droga fil-Birgu

Operazzjoni oħra titwettaq b’suċċess fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga. Aktar kmieni wara nofsinhar żagħżugħ ta’ 23 sena residenti l-Birgu nstab b’ammont ta’ droga, lesta sabiex tkun ittraffikata. 

Il-Pulizija mill-iskwadra ta’ Kontra d-Droga segwiet vettura li kienet qiegħda tinstaq miż-żagħżugħ sakemm ġiet iċċirkondata fi Triq San Lawrenz, qrib il-Monument tal-Ħelsien, fil-Birgu. 

Iż-żagħżugħ ġie arrestat u minn tfittxija li saret fil-vettura, il-Pulizija sabu ammont konsiderevoli ta’ qratas, suspettati bil-kokaina u eroina. Iż-żagħżugħ ittieħed il-lock-up tal-Pulizija fil-Floriana għal aktar stħarriġ. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Share With: