Żewġ żgħażagħ fir-radar ta’ AC Milan

L-iscouts ta’ AC Milan jinsabu s-Serbja biex jaraw fl-azzjoni żewġ players żgħażagħ ta’ Red Star Belgrade li qed jimpressjonaw mhux ftit fil-pożizzjoni rispettiva tagħhom. Dawn huma Zeljko Gavric u Veljko Nikolic li għandhom 19-il sena u 20 sena rispettivament u li qed jilagħbu b’mod regolari mat-team mis-Serbja.

Gavric jilgħab bħala attakkant u ddistingwa lilu sew mat-team mill-belt ta’ Belgrade meta skorja tmien goals u kkontribwixxa għal seba’ assists f’29 dehra kompettiva.

Min-naħa ta’ Nikolic, dan huwa player ta’ nofs il-ground ferm kreattiv li se jagħlaq 21 sena f’Awwissu li ġej u li lagħab 10 logħbiet uffiċjali matul dan l-istaġun filwaqt li skorja goal wieħed biss.

AC Milan għaddejjin bil-politika tagħhom li jakkwistaw talenti żgħażagħ li imbagħad jiżviluppaw fi players tajbin u li jiġi jiswew aktar flus f’suq tat-trasferimenti.

Share With: