Żgħażagħ iduru b’veloċità eċċessiva qrib il-Bajja tal-Kalkara … li mbagħad jisparixxu

Id-Deputat Parlamentari Laburista Joe Mizzi, staqsa dwar karozzi Mercedes Bajda u oħra ta’ kulur iswed li spiss kienu qed iduru u jsuqu b’ veloċità qawwija fil-bajja tal-Kalkara u r-Rinella, xi ħaġa li kienet qed iddejjaq ħafna nies.

Il-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri wieġeb li “jien infurmat b’dan, tkellimt mas-Sindku u infurmajt lill-Pulizija. Jidher li l-involviment ta’ persuni fil-bajja fl-aħħar ġimgħat kien akbar mis-soltu. Il-Kunsill iddeċieda li jagħmel cameras, li anke jservu ta’ deterrent. Il-korp tal-Pulizija intalab jagħmel rondi aktar mis-soltu. Is-sitwazzjoni jidher li tranġat.

Share With: