14-il każ ġdid ta’ coronavirus fil-Brażil

Nhar is-Sibt l-awtoritajiet ikkanċellaw wieħed mill-ikbar derbies tal-football tan-nofsinhar tal-Brażil inqas minn 24 siegħa qabel ma kellha tibda wara li 14-il membru ta’ team wieħed ġew ittestjati pożittivi għal Covid-19.

Il-kampjonat statali ta’ Santa Catarina reġa’ beda fit-8 ta’ Lulju b’erba’ logħbiet, fosthom ir-rebħa ta’ 2-0 ta’ Chapecoense fuq Avai.

Il-partita ta’ ritorn kellha tibda nhar il-Ħadd fl-4.00 pm iżda ġiet ikkanċellata fuq l-ordnijiet tas-Segretarjat tas-Saħħa ta’ l-istat.

“Wieħed mit-timijiet kellu 14-il każ ikkonfermat ta’ Covid-19 u huwa meħtieġ li l-players kollha jsegwu l-miżuri protettivi meħtieġa,” intqal fi stqarrija.

Ma intqalx liema kien it-team li pproduċiet 14-il test pożittiv iżda globesporte.com, websajt Brażiljana, qalet li kienu Chapecoense. Il-kclub ma kkummentax dwar ir-rapport.

L-istat ta’ Santa Catarina rreġistra 42,026 każ ta’ coronavirus il-ġdid, b’485 imwiet.

S’issa fil-Brażil mietu 71.469 persuni, iktar minn kwalunkwe pajjiż ieħor barra l-Istati Uniti.

Share With: