15,167 jieħdu mediċina għal mard respiratorju

Fil-pajjiż hawn 15,167 persuna li qed tieħu l-mediċini b’xejn minħabba mard relatat man-nifs.

Kien id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li ta dan it-tagħrif fil-Parlament għal domanda tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo fl-aħħar jiem.

Mill-1 ta’ Jannar 2017 sad-29 ta’ Frar 2020 kien hawn 13,898 persuna li ngħataw mediċina għal mard respiratorju permezz tal-iskema Spiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC).

Bejn l-1 ta’ Marzu u t-30 ta’ Ġunju li għadda dawn żdiedu b’1,269 persuna oħra.

Share With: