172 immigrant u refuġjat salvati fil-baħar u rritornati l-Libja

L-aġenzija tar-refuġjati tal-Ġnus Magħquda, il-UNHCR ħabbret li 172 immigrant u refuġjati li ġew interċettati u salvati fil-baħar, ġew irritornati lejn il-Libja. 

Spjegat li dawk li salvaw kienu fuq żewġ dgħajjes differenti li telqu jumejn ilu minn Zwara u Garabulli. 

Kienu l-UNHCR u l-IRA li tawhom l-assistenza u se jsegwu l-każi tagħhom. 

Share With: