19 minn fost 33 immigrant li ddaħħlu l-aħħar pożittivi għall-Covid-19

Fi stqarrija maħruġa mill-uffiċċju tal-Ministru għas-Saħħa u Deputat Prim Ministru ntqal li t-33 immigrant li lbieraħ iddaħħlu Malta ġew iżolati u sarilhom swab test għall-Covid-19. 19 minn dawn it-33 immigrant ittestjaw pożittiv.

Bħalma hija l-proċedura normali, l-immigranti li jaslu bil-baħar jinżammu immedjatament fi kwarantina u jiġu ttestjati.

L-immigranti li nstabu li huma pożittivi se jibqgħu jinżammu f’iżolament f’Ħal Far Initial Reception Centre, u l-bqija se jibqgħu fi kwarantina u jiġu segwiti.

Share With: